Tattoo

Rebbieħ Premju tal-Kittieb Żagħżugħ Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012

9789995738310
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

X’tagħmel kieku għodwa waħda ssib tatwaġġ impinġi fuq persuntek?

Frederick kien jgħix ħajja pjuttost normali.  imur għax-xogħol filgħodu, jargumenta m’ommu, iqalleb il-paġni ta’ Facebook u kull attività oħra li jagħmel żagħżugħ ta’ tmintax-il sena.  Sakemm għodwa waħda jsib tatwaġġ impinġi fuq sidru li la jaf kif sab ruħu hemm, u wisq inqas kif se jneħħih.

Bobby l-Ingliż kien iwarrab xi flus mill-pensjoni kull xahar.  Lil min kien jgħaddihom dawn il-flus?  X’kien ġarafit-taraġ tal-blokka snin ilu?  Għaliex Bobby għadu jħallas qares għal dak li ġara fil-blokka tat-taraġ?

Jacob jaf fiċ-ċert li bħalissa imdawwar bl-imposturi.  Kif jista’ jaħarbilhom?  Jista’ b’xi mod jerġa’ jingħaqad m’ommu u missieru?

Frederick jitlaq fuq vjaġġ biex jiskopri iktar dwar dan il-misteru tat-tatwaġġ.  Imma huwa u jistħarreġ din il-biċċa xogħol jiltaqa’ ma’ nies u ċirkostanzi li jħalluh iktar imħawwad minn qatt qabel.  Agħar minhekk it-tattoo hija l-kawża ta’ taħlita ta’ ħruq u wġiegħ li Frederick qed iħoss minn żmien għal żmien f’sidru.  X’jista’ jagħmel Frederick biex jiskopri l-verità?  X’ried mingħandu Tyrone Grima wara das-snin kollha?  Ħafna mistoqsijiet jgħaddu minn moħħ Frederick.  It-tweġibiet ma jafhomx.  Jaf biss li t-tweġibiet qedgħin f’dak it-tatwaġġ ta’ fuq sidru.

Additional information

Weight 100.0000 g
Dimensions 17.0 × 12.5 cm
Publisher
Pages 98
ISBN 9789995738310
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995738310 Categories: