Storja li sehhet – Meta l-verita ma rebhitx… Fil-qorti

978-99957-67-72-3

In stock

Description

MANUEL BORDA hu ekonomista u studja fl-Università ta’ Malta u fi State University of New York. Hu speċjalizza fi gżejjer żgħar li għadhom jiżviluppaw, bit-teżi tiegħu The Economic Self-Reliance of Small Island Developing States.
 
Fl-1987 kien elett fil-Parlament Malti u serva bħala Deputy Speaker, Chairman of Committees u Membru tal-Accounts Committee. Mexxa diversi delegazzjonijiet Parlamentari barra minn pajjiżna bħala Acting Speaker.
 
Matul il-karriera tiegħu fis-Servizz Ċivili, fis-settur privat, f’korporazzjonijiet pubbliċi u f’entitajiet skolastiċi hu rnexxielu jakkwista diversi esperjenzi kemm bħala konsulent industrijali, maniġerjali, kif ukoll finanzjarju.
 
Minħabba n-natura tax-xogħol tiegħu hu kellu jsiefer f’diversi pajjiżi u jattendi konferenzi u seminars lokali u internazzjonali.
 
Għal tlettax-il sena kien attiv fil-ġurnaliżmu b’artikli dwar l-ekonomija, il-politika u l-problemi soċjali.
 
F’dan il-volum, minbarra l-istorja vera hekk kif żvolġiet, insibu wkoll kummenti u osservazzjonijiet dwar kull sentenza li l-Qrati qatgħu. B’dan il-mod il-qarrejja jidħlu aktar fl-ispirtu tal-istorja.
 
Minbarra dan ix-xogħol bl-ilsien tagħna għandu kitbiet oħra li ġew ippubblikati f’kotba barra minn Malta, li huma:
 
The Narrow Road to Success
The Wide Road to Destruction
Free at Last!
Exotic Chung
 

Additional information

Weight 160.0000 g
Dimensions 21 x 14.7 cm
Publisher
Pages 96
ISBN 978-99957-67-72-3
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995767723