Description
Jekk għandek madwar 6 snin dan il-ktieb huwa għalik. Fih ħafna logħob, stejjer u attivitajiet li jgħinuk titgħallem filwaqt li tkun qed tieġu gost. Tepp u Tipa se jkunu qed jgħinuk u naturalment anki l-għalliema tiegħek jew il-ġenituri jew in-nanniet. Ghaliex le?
Xi drabi se jkollok tikteb, drabi oħra taqra u waqtiet oħra tpinġi. Nafu li tieħu gost tikteb, taqra u tpinġi. Mela dan il-ktieb żgur tajjeb għalik. U tinsiex, jekk ix-xogħol tagħmlu pulit, ikollok ħafna stilel!