…Sfajt Wahdi

9789993297796
Paperback

Only 2 left in stock

Description

Iċ-ċkejkna Dora tiftakar b’imħabba li  darba kienet tifforma parti minn familja ta’ sebat itfal magħquda għall-aħħar, imwaddba fi traġedja ċirkostanzjali hekk kolossali li ħarbtet u ferrxet lilha u lill-familja tagħha ‘l hemm u ‘l hawn minn lejl għal nhar.

It-tifla ta’ tlettax-il sena twiegħed lilha nnifisha indipendenza personali u li xi darba terġa’ tgħaqqad flimkien lil ħutha subien u bniet b’determinazzjoni u mħabba assoluta lejn il-famlija tagħha.

Din hi ġrajja ta’ qsim il-qalb kif tidher minn għajnejn Dora – il-bint li sfat waħidha.  Hija ġrajja rrakkontata b’mod sempliċi:  il-ħajja ta’ familja magħquda u l-kundizzjonijiet soċjali tal-Maltin ta’ dak iż-żmien huma miġjubin b’simpatija iżda mhux b’sentimentalità.  L-akbar fatturi tal-gwerra jissemmew biss kif ikun  xieraq għat-tema nnifisha.  Għandha valur rakkontattiv kemm mil-lat emozzjonali kif ukoll bħala ġrajja li hi parti mill-istorja.

Din il-ġrajja hi miktuba f’episodji qosra marbutin b’tema waħda – kif iċ-ċkejkna Dora jirnexxilha terġa’ tgħaqqad flimkien lill-familja tagħha, bl-imħabba tagħha tisboq kull ostaklu.

 

Additional information

Weight 100.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 64
ISBN 9789993297796
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags