Sensiela Ħrejjef Klassiċi Sett ta’ 6 Kotba

KLASSICISETT
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Ċiklemfusa
Ċiklemfusa taħdem ħafna fid-dar, iżda ħadd ma jkun jafhulha. Ħadd ma japprezza l-qalb tajba tagħha u l-bżulija, ħlief is-saħħara t-tajba, li bis-saħħa tagħha tiltaqa’ mal-prinċep.
Ġakki u s-Siġra tal-Fażola
Meta Ġakki partat l-unika baqra li kellha l-familja tiegħu ma’ ħames fażoliet maġiċi, ommu ħasbet li kien għamel biċċa negozju ħażina ħafna. Iżda mill-fażola kibret siġra maġika li tilħaq is-sema! Ġakki ddeċieda li jitla’ magħha u baqa’ mistagħġeb b’dak li sab!
Id-Daqqaq tal-Fifra
Meta l-belt ta’ Hamelin imtliet bil-firien, is-sindku ħaseb biex isib persuna kapaċi ssolvi din il-problema. Id-daqqaq tal-fifra jirnexxilu jeħles lil din il-belt mill-firien, iżda s-sindku jżommha kelmtu?
It-Tlett Iqzieqez
It-tlett iqżieqeż bnew dar kull wieħed biex jaħarbu mil-lupu, iżda l-lupu moħħu jilħaqlu u mhux daqshekk faċli li t-tlett iqżieqeż jirbħulu għall-makakkerija.
Pinokkjo
Pinokkjo kien tifel imqarqaċ u ma kienx iħobb imur l-iskola. Dejjem kien moħħu biex jara kif se jiskarta. Dan iwasslu biex jibda jagħmilha ma’ kumpanija ħażina u jispiċċa fl-inkwiet. Iżda fl-aħħar jitgħallem u jibda jistudja u jistinka, u ta’ dan ikun ippremjat.
Rumpelstiltskin
In-nanu għen lil bint it-taħħan issir mart is-sultan. Iżda x’jismu n-nanu? U għalfejn għandu isem daqshekk stramb?

Additional information

Weight 1200.0000 g
Dimensions 25 × 25 cm
Publisher
ISBN KLASSICISETT
Cover
Year of publication
Note Each book has 24 pages
Language Maltese

Product categories and tags

You may also like…