Rokit

978999091639-3
Paperback

Only 1 left in stock

Description

“Din hija l-istorja ta’ Rika u Petrel. Jekk tridu. Hija ħafna iktar minn hekk. Jew forsi le. Għiduli intom la taslu fit-tmiem. Nistgħu nżidu aġġettiv u nibdewha hekk: Din hija l-istorja impossibbli ta’ Rika u Petrel. ‘Improbabbli’ forsi aħjar, għax jekk ngħidu li hija impossibbli sinjal li ma ġratx, u naf fiċ-ċert li ġrat.”
Rokit huwa vjaġġ imqalleb li jibda minn ħarsa fil-lenti ta’ kamera, minn ritratt, minn kaxxa sħiħa ritratti. U jkompli b’tidwira tal-globu sa ma l-ponta tas-saba’ taqa’ fuq tikka ċkejkna bilkemm tidher. Nafuha sew dik it-tikka.
Iżda Rokit huwa vjaġġ lejn Malta kif ma nafuhiex, Malta tal-ġejjieni, u anki lejn Malta tal-passat.
Petrel, fotografu tal-gwerra, jirnexxilu jasal Malta, iżda dak li jsib mhuwiex dak li kien qed jistenna. Isib Malta maqsuma f’setturi, f’nofs evakwazzjoni, taħt ħakma militari. U qalb din id-deżolazzjoni, Petrel, bil-kamera f’idu, jibda vjaġġ ieħor li jaqsam minn settur għal ieħor, minn fuq l-art għal taħt, minn sular għal ieħor, jipprova jsib irkaptu ta’ x’qed jiġri fil-gżira, fid-dar fejn jispiċċa jgħix, kif ukoll fil-labirinti mserrpin ta’ moħħu.

Additional information

Weight 470.0000 g
Dimensions 19.7 x 12.7 cm
Publisher
Pages 416
ISBN 978999091639-3
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789990916393 Categories: Tags: