Description
Dan il-ktieb jiġbor fih mal-140 paġna ta’ stejjer interessanti, talb sabiħ u stampi attraenti għat-tfal ta’ età żgħira, anki għal dawk li għadhom ma jafux jaqraw. Lil dawn jistgħu jaqrawlhom it-test il-ġenituri waqt li t-tfal jaraw u jiggustaw l-istampi ħelwin.
Kif jindika l-isem, il-ktieb hu intiż biex iċ-ċkejknin tagħna jaqraw, jew tinqralhom, storja waħda, 2 paġni kollox, qabel jorqdu u jtemmu dan l-eżerċizzju b’talba ċkejkna stampata fil-ktieb stess. B’hekk inisslu fihom id-drawwa li jitolbu qabel ma jorqdu.
Għalkemm il-ktieb hu adattat għat-tfal kollha taħt l-għaxar snin, hu intiż l-aktar għall-età tal-Ewwel Tqarbina. Stampat kif inhu f’edizzjoni hekk pulita u mimli kuluri vivaċi minn qoxra sa qoxra, il-ktieb hu tassew xieraq bħala rigal għal tfal subien u bniet fl-okkażjoni tal-Ewwel Tqarbina tagħhom.





