Patri Donat Spiteri: Qaddej tal-Kelma ta’ Alla

9789918230853
Hardback

Description

Bijografija ta’ Patri Donat Spiteri, b’aktar minn 100 ritratt.

L-isem ta’ Patri Donat Spiteri hu marbut għal kollox mal-Bibbja. Patri Donat għex mal-Bibbja u għall- Bibbja u ddedika ħajtu kollha għaliha. Għalih nistgħu ngħidu dak li l-awtur tat-Tieni Ittra lil Timotju kiteb lid-dixxiplu tiegħu Timotju: “Sa minn żgħoritek sirt midħla tal-Kotba Mqaddsa” (2 Tim 3:15). Minn żgħoritu sa tmiem ħajtu P. Donat tħabbeb mal-Bibbja, għex magħha u ħadem għaliha. Nistħajjel joqgħod għalih il-kliem mill-Ktieb tal-Għerf (ara Għerf 8:2-18), li jgħid li tgħarras mal-Għerf, b’applikazzjoni għall-Kelma ta’ Alla, li hi l-espressjoni tal-istess Għerf ta’ Alla.

Din kienet il-Kelma ta’ Alla għal P. Donat, il-għaxqa u l-hena ta’ ħajtu. Huwa ried li tant persuni jagħmlu bħalu. Għalhekk mill-istudji Bibliċi li għamel f ’Ruma, huwa pprova jwassal l-imħabba lejn il-Kelma ta’ Alla lil tant persuni oħra. Dan għamlu l-aktar bis-sehem kbir li ta fit-traduzzjoni tal-Bibbja bil-Malti, bl-inizjattiva tal-pubblikazzjoni Kliem il-Ħajja, bit-tagħlim fl-Università u lill-istudenti Reliġjużi, kif ukoll b’tant laqgħat li għamel f ’diversi parroċċi.

Dan il-ktieb jiġbor il-ħajja ta’ P. Donat mit-twelid tiegħu sakemm miet. Fih insibu numru ta’ ġrajjiet li senslu l-ħajja tiegħu, mill-esperjenzi tiegħu bħala student fil-Gwerra għaż-żmien tal-istudji f ’Ruma; minn kappillan fil-Marsa għal Professur fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta; minn kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġwann għal President tal-Għaqda Biblika Maltija; minn kittieb ta’ bosta kotba għat twettiq tal-ħolma li kellu bil-pubblikazzjoni Biblika ta’ Kliem il-Ħajja. Tassew li P. Donat jistħoqqlu jissejjaħ: Qaddej tal-Kelma ta’ Alla.

Additional information

Weight 1650 g
Dimensions 25.5 × 17.6 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 608
ISBN 9789918230853

Product categories and tags