Description
F’din il-pubblikazzjoni Ray Abela jesplora d-dinja tal-kompjuters u jipprovdi struzzjonijiet, pass pass, kemm għall-qarrejja li għadhom jibdew jużaw il-kompjuter, kif ukoll għal dawk li digà għandhom l-esperjenza. Fil-fatt, permezz tal-istruzzjonijiet, l-istampi u l-eżerċizzji prattiċi tagħha, dil-pubblikazzjoni tmexxi lill-qarrej biex jagħmel affarijiet bażiċi, bħal kif jixgħel il-kompjuter, kif ukoll oħrajn aktar avvanzati, bħal kif jidħol u juża l-internet. Jekk tixtieq tesplora d-dinja tal-kompjuters, dan hu l-ktieb li teħtieġ.
L-Ewwel Taqsima: Hawnhekk issib introduzzjoni ġenerali għad-dinja tal-kompjuters. F’dit-taqsima jiġu diskussi l-komponenti fiżiċi tal-kompjuter u jiġu introdotti l-programmi bażiċi tal-Windows. Apparti dan, Ray jintroduċi u jmexxi lill-qarrej lejn il-programmi fundamentali bħalWord, l-Excel u l-Paint.
It-Tieni Taqsima: F’dit-taqsima ssib tagħrif fid-dettall dwar progammi aktar avvanzati tal-Windows li jgħinu lill-qarrej jirranġa u jippersonalizza d-desktop. Hemm tagħrif ukoll fuq aktar funzjonijiet important ital-Word u l-Excel, u l-qarrej jiġi infurmat bl-aspetti utli ta’ sigurtà għall-kompjuter.
It-Tielet Taqsima: Hawnhekk Ray jintroduċi World Wide Web u jgħin lill-qarrej jesplora l-internet u l-użu varju tiegħu. F’dit-taqsima ssib struzzjonijiet dwar kif tniżżel l-affarijiet mill-internet. Apparti minn hekk, il-qarrej jiġi infurmat fuq il-viruses u fuq kif jista’ jiprotejġi l-kompjuter tiegħu minnhom.
Ir-Raba’ Taqsima: F’dit-taqsima ssib appendiċi estensiv u dettaljat b’definizzjoni u spjegazzjoni ta’ ħafna mit-termini importanti li jintużaw f’dil-pubblikazzjoni. Inkluża għall-benefiċċju tal-qarrej hemm ukoll lista bil-karattri speċjali u l-commands tat-tastiera.