Nirien ma jsahhnux

Rakkonti fuq pervertiti u perverżjonijiet

978-99957-63-13-8
Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Merħba f’dal pajjiż surreali tal-imġienen fejn kulħadd jixxuttja l-boxxla morali, fejn ma fadal xejn ħlief perverżjonijiet ta’ kull xorta u pjaċiri tal-ġisem.

Patri jixbah liz-ziju Fester ta’ ‘The Addams Family’, Direttur ta’ Radju Santa Tereżina, u onorat mill-Prim Ministru Gonzi b’Ġieħ ir-Repubblika, jiffitta l-cam-girl tiegħu, Trixie XXX, biex tmur Lurt miegħu mill-flus tas-semmiegħa tal-istess Radju.

Ġorġ jisfoga waħdu quddiem il-pupi bla ħwejjeġ u ma jridx jersaq lejn martu.

Wireless spy camera stallata f’kamra tal-banju fejn il-ħwejjeġ ta’ taħt ta’ tfajla jisparixxu mil-laundry bin

Wieħed jabbanduna lil ibnu u t-tieni mara li hu sorġut magħha biex jerġa’ jpoġġi mal-ewwel waħda għax din kienet ittih gost iktar.

Serp jismu Moloch; ġrieden-ballerini; ħut u għalf; u Melita bl-għanqud tal-bajd marid, li jkollha tarbija r-raġel, jankraw, fost oħrajn, id-damma ta’ motivi li jissarrfu u daqqa f’ideat, daqqa f’metafori rripetuti, u drabi oħra f’personalitijiet ta’ xi karattri f’din il-ġabra ta’ stejjer oriġinali ta’ Carmel Scicluna

Additional information

Weight 390.0000 g
Dimensions 20.0 x 13.0 cm
Publisher
Pages 288
ISBN 978-99957-63-13-8
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995763138 Categories: Tags: