Description
Titħajjar issir investigatur, detective tas-Soċjetà?
Dan il-ktieb jistiednek tgħarbel is-Soċjetà, armat b’lenti kritika u bl-għajnuna ta’ kitba interessanti flimkien ma’ ħafna grafika, definizzjonijiet, statistika, eżerċizzji u siti fuq l-internet. Ninvestigaw is-Soċjetà joffri gwida kompluta u dettaljata għan-nisġa ambjentali, soċjali, kulturali, ekonomika u politika tas-Soċjetà Maltija llum.
Ikopri s-sillabu kollu tal-Matrikola ta’ l-Istudji Soċjali (SEC).
Il-ktieb jirrifletti l-għanijiet tal-Kurrikulum Nazzjonali l-ġdid, u b’mod partikulari l-qasam dwar l-Edukazzjoni għaċ-Ċittadinanza.