Musbieh ghal Riglejja

Sabiħa l-ħajja imdawla mill-Kelma

Pawlu Chetcuti
9789995763534
Hardback

Out of stock

Description

ĦSIBIJIET MARBUTA MAL-QARI TAL-LITURĠIJA TAL-ĦADD (ĊIKLU LITURĠIKU ABĊ)

“Kull darba li qrajt ir-riflessjonijiet ta’ Fr Paul Chetcuti rigward il-Liturġija tal-Kelma ta’ Jum il-Mulej, dejjem apprezzajt il-ħila tiegħu biex iħalli d-dawl tal-Vanġelu jinfed u jidħol fl-esperjenza tal-bniedem hekk li l-ġrajja tal-bniedem issir ġrajja ta’ salvazzjoni.

Fr Paul juża r-rakkont, l-istorja, il-fatt biex “jiltaqa” mal-qarrej fil-mogħdijiet tal-esperjenzi tal-ħajja ta’ kuljum, u minn hemm jakkumpanjah ħalli “jxandarlu l-Evanġelju ta’ Ġesù” (cf. Atti 8:35). F’kull riflessjoni, il-kurżità mqanqla mir-rakkont tal-bidu twassal biex ixxettel f’min jaqra l-kurżità kbira li kull bniedem għandu biex isib is-sens tal-ħajja tiegħu.

Dawn il-paġni juru l-qalb ta’ ragħaj li għandu l-kittieb li, għax hu qrib u għandu r-“riħa” tan-nagħaġ tiegħu, kapaċi jwasslilhom il-profondità tal-misteru ta’ Kristu bi kliem li jista’ jifhmu kulħadd.

Dan il-ktieb jista’ jkun utli għall-predikaturi kemm sabiex il-Kelma ta’ Alla tinfed il-qalb tagħhom kif ukoll bħala għodda li tgħinhom jiddakkru mill-istil dirett u mexxej ta’ dawn ir-riflessjonijiet u mil-lingwaġġ sempliċi tagħhom.

Fuq kollox dan il-ktieb huwa tajjeb għal kull min jixtieq iħalli lil Kristu jimxi miegħu u jfissirlu l-Iskrittura, l-istess kif għamel mad-dixxipli ta’ Għemmaws (cf. Lq 24:27).”

(MID-DAĦLA GĦALL-KTIEB TA’ MONS MARIO GRECH, ISQOF T’GĦAWDEX)

Additional information

Weight 980.0000 g
Dimensions 21.5 × 15.5 cm
Publisher
Pages 630
ISBN 9789995763534
Format Hardback
Year of publication 2016
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995763534