Description
Il-Gwerra tal-Imħuħ
Kollox beda bil-ħtif ta’ tliet żgħażagħ… imbagħad il-Maskarat għamel l-introduzzjoni tiegħu… u l-lista misterjuża ngħatat fl-idejn.
Fl-ewwel volum il-Maskarat Venezjan izomm kelmtu li jibghat lista ta’ persuni li jkun se joqtol wara sensiela twila ta’ loghob u sorprizi. Fit-tieni volum, hekk kif il-lista tinghata fl-idejn, l-Ispettur Walter Said jibda jahdem fuqha biex isir jaf kif minnha se jasal ghall-vittmi. Jigri izda li jispicca involut f’incident ikrah li jitfghu f’koma. Il-kollega tieghu fuq dan il-kaz, l-Ispettur Mark Caruana, ikompli l-investigazzjoni billi jipprova jiddecifra l-lista misterjuza. Minnufih jinghata l-ghajnuna u jidhol fix-xena l-Ispettur gdid Helios Stafrace.
Sa mill-ewwel laqgha taghhom jibda jkun hemm nuqqas ta’ ftehim kif ghandu jizvolgi l-istharrig. Helios, maghruf ghall-arroganza u l-pruzunzjoni tieghu, jahtaf ir-riedni f’idejh f’qasir zmien. F’kemm ilni nghidlek jintefa’ jivvinta bosta teoriji extravaganti li jpogguh f’dell ikrah aktar milli jghinuh isolvi d-dilemma. Mark jipprova jzomm kollox ghaddej fuq livell normali minkejja li r-ras iebsa tal-kollega tieghu tohloq sfida gdida. Bejniethom jinzera’ kunflitt li kull ma jmur jibqa’ dejjem jikber u jkisser l-investigazzjoni.
Biex is-sitwazzjoni tkompli tiggrava, il-Maskarat Venezjan, bil-mohbi ta’ kulhadd, jibghat verzjoni differenti tal-istess lista lil wahda gurnalista. Bella Bigeni tkun qieghda titlob ghal xi scoop u ma temminx lil ghajnejha kif il-holma ssir realta’ f’daqqa wahda! Izda biex jirnexxielha tkompli din l-investigazzjoni kif jitlob minnha l-Maskarat trid thaddem mohhha u qabel xejn trid tisfida d-dipartiment taghha biex tiehu l-kaz f’idejha. F’tebqa t’ghajn jinholoq kunflitt iehor u dan qabel biss il-lista tiehu l-hajja.
Rumanz polizjesk