Mill-Kompozizzjonijiet ta’ Guzeppi Caruana (1880-1931)

Bijografija, kummenti, dokumentazzjoni u partituri tal-aqwa kompożizzjonijiet mużikali ta' wieħed mill-aħjar kompożituri Maltin

Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Ix-xjuħ jaruh b'”T’Adoriam Ostia Divina”. Imma ż-żgħażagħ u t-tfal jafuh b'”Nadurawk Ja Ħobż tas-Sema”. Madankollu, ftit li xejn jafu li kien is-Surmast Ġużeppi Caruana li kkomponieh dan l-innu!

Dan il-ħsieb, flimkien mal-fatt li Caruana din is-sena jagħlaq mitt sena minn twelidu, kif ukoll ħamsin sena minn mewtu, wassal għall-ħruġ ta’ dan il-ktieb ta’ tifkira fuq dan il-bniedem li tant għamel ġid lil Malta.

Sa issa għadu ma sarx ġudizzju serju, xjentifiku u evalwattiv tal-kontribut kbir ta’ Caruana. B’xorti tajba, ix-xogħol mużikali kollu ta’ Caruana llum jinsab ordnat b’għożża kbira għand uliedu u min irid jarah jista’ kemm ikellinhom u huma jagħtuh l-għajnuna li jeħtieġ.

Għalhekk, dan ix-xogħol fih biss il-bidu ta’ kulma għad baqa’ jsir fuq Ġużeppi Caruana. Mużiċisti barranin faħħru l-ġenju tiegħu, u kien hemm min sejjaħlu “a most able and experienced musician”. Jalla Caruana xi darba jsib xi Malti li jagħtih il-ħaqq li jistħoqqlu. Sa llum nistgħu biss nisimgħu l-melodiji tiegħu u nitgħaxxqu bihom.

Additional information

Weight 110.0000 g
Dimensions 21.0 × 14.5 cm
Publisher
Pages 64
Cover
Year of publication

Product categories and tags