Description
Mill-Ġnejna ta’ Tfuliti mhuwiex ktieb li fih Carmel G. Cauchi jimraħ fil-fantasija biex joħloq xi storja fittizja bħalma għamel f’kotba oħra qabel. F’dan il-ktieb jirrakkonta fatti – drawwiet u ġrajjiet li seħħew tassew. Cauchi jeħodna lura fi żmien tfulitu, fis-snin ħamsin u sittin bikrin, biex miegħu nqallbu l-album tat-tifkiriet. Jistedinna ngħaddu miegħu mill-iskola tan-nuna għal dik primarja u mbagħad il-Liċeo. Idaħħalna fid-dar qadima ta’ tfulitu u jlaqqagħna ma’ qrabatu. Jaqsam magħna l-istil ta’ ħajja sempliċi li għex fi tfulitu bil-ħelu u l-morr tagħha.
Dan huwa ktieb li jappella għall-qarrejja kbar li għexu dawk is-snin għax iħeddilhom it-tifkiriet. Imma jappella wkoll għall-qarrejja żgħar għax jurihom kemm it-tfulija tal-imgħoddi kienet differenti minn dik tal-lum.
