Description
Mezzi Straordinarji ta’ Impunjazzjoni tas-Sentenzi jeżamina b’mod approfondit il-mezzi kollha li permezz tagħhom jistgħu jiġu attakkati sentenzi li ma jkunux jigtħu jiġu mpunjati bil-mezz ordinarju tal-appell, u li għalhekk jistgħu jissejħu mezzi straordinarji – ir-restitutio in integram, ir-ritrattazzjoni, l-iżball materjali, l-ab omissa decisione, il-mezzi kostituzzjonali – u l-judicial review. L-opra ġġib kemm il-pariri tad-dottrina kif ukoll tal-ġurispudenza antika u riċenti, inkluż il-każ ċelebri tal-Banda ta’ San Leonardu vs Malta mogħti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fid-29 ta’ Lulju 2004. Billi l-għan ewlieni tal-ktieb huwa li jservi ta’ riferenza faċli u speditużam fl-ewwel parti tal-ktieb, kull kapitlu huwa maqsum f’diversi argumenti lkoll numerati, li jidhru fil-werrej, u dan apparti l-indiċijiet estensivi tas-sentenzi u tal-liġijiet kemm Maltin kif ukoll ta’ pajjiżi oħrajn kif ukoll indiċi analitiku. Fit-tieni parti tal-ktieb hemm riproduzzjoni tal-kitbiet dwar is-suġġett ta’ dan il-ktieb mill-awturi l-aktar magħrufa u li llum mhumiex faċilment disponibbli.