Marija – Il-Ħaqq 3

addattat minn Charles B. Spiteri

9789995799458
Paperback

Description

Jasal pellegrin fil-Kastell l-Iswed għall-kenn. Min kien tabilħaqq dan il-pellegrin fqir, bla flus u bla dar? In-nanu, dejjem waħdu, ’il bogħod minn kollox u minn kulħadd, isir ħabib ta’ dan il-pellegrin. Il-pellegrin jispiċċa jiftaħ qalbu man-nanu. Clotilde tinġibed lejn dak il-pellegrin li tant kienet tiġih ħniena minnha.
Il-kampanjol iż-żgħir kien jibża’ min-nanu. Ma kienx jafdah. Kien jgħasses lil Clotilde mingħajr ma jħalli lil ħadd jinduna.

Jiġu żewġ saltimbanki fil-bosk. Min kienu, u x’riedu jiġu jagħmlu f’dan il-post tant imwarrab?

Luciano u s-Sinjura Leonia jingħaqdu għal għan wieħed. Jirnexxi l-għan tagħhom wara tant tbatija u taqtigħ ta’ qalb?

Marija l-Ħamra, ix-xiħa li kienet tgħix fis-suq il-qadim, tisfa waħidha wara l-inkwiet li kienet għaddiet minnu f’ħajjitha. Ħsiebha kien biss fi wliedha. Imma x’setgħet tagħmel sabiex isserraħ moħħha?

addattat minn Charles B. Spiteri

Additional information

Weight 440 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995799458
Pages 320

Product categories and tags

You may also like…