Description
Hi liema hi t-tema, huwa jikteb dejjem bħala awtur li jrid jinħass u jiftiehem minnufih. Fl-isfond tat-tradizzjoni poetika huwa jsib lilu nnifsu, l-iżjed meta jinqeda b’mudelli figurattivi, b’figuri rettoriċi, bi frażarji, b’għażla lessikali, b’tonalitajiet u b’ritmi lu huma tipiċi tat-tradizzjoni poetika Ewropea, u għalhekk Maltija u Mediterranja. Kollox jingħaraf fil-kwadru tal-wirt klassiku-romantiku. Fuq dawn il-punti ta’ appoġġ, sodi u mġarrba miż-żmien u dejjem dominanti fil-poeżija tas-Sud, huwa jibni d-dinja lirika tiegħu.
Minn versi regolari sa versi ħielsa, minn strofi formali sa strofi improvviżati, u bis-saħħa ta’ għażla wiesgħa ta’ mudelli ritmiċi, huwa jissokta jseddaq il-prinċipju Orazjan, klassiku daqskemm dejjiemi, li l-Poeżija għandha tkun utli u ħelwa, tagħti pjaċir u tgħin fl-iżvilupp morali tajjeb tal-bniedem. Mill-prinċipji tal-‘prodesse’ u tad-‘dilectare’ huwa jifforma poeżija li hi estensjoni tal-missjoni tiegħu ta’ saċerdot
