Description
Wara Penelopi Tistenna (2013) u Ħuta (2016), titfaċċa ġabra oħra ta’ poeżiji ta’ kitties u poeta li llum għandu ismu mniżżel fil-listi ta’ awturi f’diversi pajjiżi Ewropej u ’l barra mill-kontinent. Rebbieħ tal-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropea fl-2011 u tal-Premju Nazzjonali għal diversi drabi, Mifsud ikompli jifrex mal-paġni tiegħu mhux biss lilu nnifsu imma anki l-istorja ta’ ħafna oħrajn. Kif tikteb l-istudjuża Ilinka Pavloyska, “Il-poeżija ta’ Mifsud hija tagħna daqskemm hija tiegħu.”