L-Orsini Jghoddu u Jiccaqalqu

Dan il-ktieb jieħu l-ħajja bl-augmented reality!

Paperback

Description

Ħames personaggi b’forom, kuluri u daqsijiet differenti jgħixu f’dan il-post speċjali. Flimkien, ukoll, jgħaddu minn avventuri differenti. Bis-saħħa t’hekk, il-ħamest iħbieb jesploraw ħajjithom b’tali mod li jistgħu jifhmuh sew il-qarrejja tfal. Barra minn hekk, kull storja twassal għal avventura ‘Orsina’ differenti, li dejjem tgħaddi messaġġ utli. L-istejjer jistgħu jinqraw mill-adulti lit-tfal, kif ukoll mit-tfal infushom.

Illum, l-Orsini jiltaqgħu ma’ kelb għażżien ħafna, li ma jħobbx jagħmel l-eżerċizzju. Imma l-Orsini jafu li, biex nibqgħu f’saħħitna, huwa importanti hafna li niċċaqilqu. Għalhekk, jiddeċiedu li jagħtuh tagħlima żgħira lil dan il-kelb, u fl-istess ħin jispiċċaw jgħoddu xi naqra wkoll! Mela x’għandhom f’moħħhom? Ejjew ħa naraw x’se jivvintaw din id-darba, il-ħbieb tagħna.

L-istejjer tal-Orsini jfittxu li jiftħu l-imħuħ u l-qlub tat-tfal, sabiex juruhom kemm id-dinja tagħna hi tassew sabiħa u maġika!

Additional information

Weight 190 g
Dimensions 21 x 29.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBn 9789995711740
Pages 34

Product categories and tags

SKU: 9789995711740 Categories: