L-Istorja ta’ Isard Du Pont – PB

978-99957-50-23-7
Paperback

Description

Isard du Pont jibqa’ ż-żiemel simbolu tal-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta. Iż-żiemel li għolla dan l-isport fuq livell nazzjonali u li għamlu magħruf anki ma’ dawk li ma kinux dilettanti ta’ din id-dixxiplina sportiva. Minn żiemel imwarrab f’pajjiżu, Franza, f’temp ta’ ftit snin sar l-idolu ta’ ħafna Maltin. Għamel dak li qablu ħadd ma kien irnexxielu jagħmel.
Isard kien veloċi, kellu ġirja u mixja li ssaħħrek. U n-nies kienu jfittxuh bl-eluf, kemm waqt it-taħriġ kif ukoll waqt it-tiġrijiet.
Il-karriera ta’ Isard du Pont hi minsuġa wkoll mal-istorja ta’ ħafna personalitajiet li b’xi mod jew ieħor missew miegħu matul is-snin: is-sidien tiegħu, is-sewwieqa tiegħu u l-assistenti tagħhom. Hija wkoll l-istorja ta’ individwi li fih raw sens ta’ ispirazzjoni biex jilħqu l-milja f’ħajjithom.
Dan il-ktieb, miktub minn Kenneth Vella, edukatur, ġurnalist sportiv u kummentatur tat-tiġrijiet taż-żwiemel, jiġbor l-istorja kollha ta’ Isard du Pont minn Franza sa Malta.
L-Istorja ta’ Isard du Pont b’analiżi, statistika, kummenti u intervisti ma’ persuni li b’xi mod jew ieħor ħadu hsieb lil Isard, segwewh jew saħansitra ppruvaw jisfidaw il-qawwa tiegħu fil-korsa tal-Marsa.

Additional information

Weight 510.0000 g
Dimensions 24 × 17 cm
Publisher
Pages 200
ISBN 978-99957-50-23-7
Cover
Year of publication

Product categories and tags