Description
In-Nanna Vanna għandha tliet neputijiet, Norbert ta’ 5 snin, Jerome ta’ 7 snin u Suzanne ta’ 9. It-tlieta li huma jħobbu l-istejjer u sikwit jitolbu lin-nanna tgħidilhom xi storja. Biex ma toqgħodx tirrepetilhom l-istess stejjer in-nanna Vanna bdiet tikteb xi stejjer hi. Hekk dejjem ikollha xi storja ġdida x’tirrakkontalhom. Ix-xwejħa tħobb iddaħħal lilha nfisha f’dawn l-istejjer iżda, biex ma toqgħodx tissemma dejjem hi, tħobb tinqeda bl-isem ta’ xi nannu jew nanna oħra.
L-istejjer tan-nanna Vanna tassew jogħġbuhom lit-tliet neputijiet u, biex tistgħu tiggustawhom intom ukoll, ħadna ħsieb niġbru 20 minnhom f’dan il-ktieb. Fihom se tiltaqgħu ma’ karattri bil-għaqal u oħrajn imqarbin, u intom tridu tagħżlu lil min timitaw u lil min le.