L-Istar tal-Imghoddi

9789995775186
Paperback

In stock

Description

L-invażjoni taċ-Ċekoslovakkja mill-Qawwiet tal-Patt ta’ Varsavja kienet ġrajja ta’ għajb u stmellija; ġrajja li għalkemm għaddew 50 sena minn fuqha, xorta waħda għadha u tibqa’ titqies tebgħa sewda fl-istorja tad-dinja. 
 
Dan il-ktieb jiġbor fih rakkont ta’ żewġ tobba Maltin li marru jqattgħu vaganza fiċ-Ċekoslovakkja u nqabdu hemm meta t-tankijiet tal-qawwiet Bulgari, Ungeriżi, Ġermaniżi tal-Lvant u Sovjetiċi daħlu jinvadu lil dan il-pajjiż. 
 
It-tobba Bondin u Cassar kellhom jgħaddu minn diversi esperjenzi. Nina, tfajla minn Praga, serqet qalb wieħed minnhom u b’hekk il-miġja tagħhom lura lejn il-ħelsien saret iżjed diffiċli. 
 
Barra minn paġni ta’ mħabba, avventura, tiġrib, ferħ u niket, L-ISTAR TAL-IMGĦODDI jirrakkonta b’mod dettaljat u eżatt il-kalvarju li għadda minnu l-poplu Ċekoslovakk f’Awwissu 1968.

Additional information

Weight 210.0000 g
Dimensions 20 × 13 cm
Publisher
Pages 176
ISBN 9789995775186
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995775186 Categories: Tags: