L-Imtiehen tat-Thin tal-Qamh fil-Gzejjer Maltin

978-99957-0-029-4
Paperback

In stock

Description

Ftit wara l-wasla tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann f’pajjiżna, diversi Gran Mastri ħolqu Fondazzjonijiet għalihom. Dawn l-imtieħen baqgħu jinbnew sa ftit wara n-nofs tas-seklu dsatax. Tant kellhom importanza f’pajjiżna, li f’diversi mapep antiki, barra li kont issib immarkati fejn huma l-knejjes, kont issib ukoll fejn qegħdin dawn l-imtieħen tar-riħ.

Dawn komplew jiżdiedu wara l-1838, hekk kif il-Gvernatur Ingliż ta’ Malta kien neħħa l-monopolju fuq l-imtieħen tar-riħ. Dan kien wassal biex min ried seta’ jibni mitħna tar-riħ għan-negozju. Dan kien wassal ukoll biex diversi taħħana ħabbtu wiċċhom mal-problema tal-kompetizzjoni.

Jekk wieħed isemmi ċifra ta’ xi kemm kien hawn imtieħen tar-riħ fil-gżejjer Maltin, wieħed jista’ jasal biex jgħid li dawn kienu jammontaw għal madwar 75 waħda. Illum sfortunatament għad fadal biss madwar 51, u xi wħud minnhom waslu biex jiġġarrfu jekk mhix ser tittieħed azzjoni immedjata fl-istruttura tagħhom.

L-imtieħen tar-riħ kienu tilfu l-importanza tagħhom fil-bidu tas-seklu għoxrin, hekk kif kienu ġew introdotti l-imtieħen tal-isteam f’pajjiżna.

Additional information

Weight 555.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 228
ISBN 978-99957-0-029-4
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995700294 Categories: