L-Għasafar li jbejtu fl-ambjent naturali tal-gżejjer Maltin (PB)

978-000-0-44-32-7
Paperback

In stock

Description


Għalkemm żgħar il-gżejjer Maltin huma sinjuri fil-bijodiversita tagħhom – ir-rabta ta’ l-ambjenti naturali ma’ l-ispeċi tal-flora u tal-fawna li jgħixu fihom. Fost dawn l-ispeċi nsibu l-għasafar. Uħud minn dawn l-għasafar illum ibejtu fil-gżejjer Maltin. Minhabba mumru ta’ raġunijiet, kemm naturali kemm le, hemm speċi ta’ għasafar oħra li llum m’għadhomx ibejtu, kif ukoll hemm speċi ta’ għasafar li jistgħu jbejtu iżda dan ma jagħmluhx. Biex kulħadd ikun jista’ jgawdi dan ilwirt naturali u internazzjonali b’mod xieraq u dehen, ikun għaqli li jitfassal pjan ta’ azzjoni. Ma għandniex xi ngħidu li dan għandu jkun minsuġ fuq dawk il-prinċipji kollha li huma mħaddna fil-ftehimiet internazzjonali u li llum iservu ta’ qafas biex fuqhom jitfassal kull forma ta’ azzjoni għall-ħarsien tal-bijodiversita. Dan il-ktieb, filwaqt li jagħti ħarsa ħafifa lejn l-amjenti naturali tal-gzejjer Maltin u l-għasafar li jbejtu, li kienu, jew li jistgħu jbejtu fi ħdanhom, huwa maħsub biex jgħin u jwitti t-triq għal aktar djalogu bil-għan li dan iwassal biex l-għasafar ikunu jistgħu jiġu aktar mifhuma, aktar apprezzati u hekk kulħadd ikun jista’ jaqsam dawn il-gżejjer magħhom filwaqt li ngawdu dak li aħna ġejna fdati biex nieħdu ħsieb.

Additional information

Weight1252.0000 g
Dimensions24.0 × 17.5 cm
Publisher
Pages449
ISBN978-000-0-44-32-7
Cover
Year of publication
Author,

Product categories and tags

SKU: 9789990944327 Categories:

You may also like…