L-Avvanz Tal-Pellegrin

Maqlub Għall-Malti minn Joseph Farrugia

9789993209447
Hardback

Description

L-Avvanz tal-Pellegrin huwa kapolavur. Dan il-ktieb hu tradott f’aktar minn mitejn lingwa u mindu kien ippubblikat fl-1678 s’issa qatt ma kien ‘out of print’.

L-Avvanz tal-Pellegrin jista’ jidher li huwa ktieb fuq vjaġġ minn belt għal oħra, iżda fil-verita huwa storja ta’ ħajja. Il-ktieb ipengi l-ħajja li Bunyan innifsu għex u, fl-istess ħin, il-ħajja li kull Kristjan jista’ sostanzjalment jidentifika ruħu magħha. Sewwa kiteb Augustus M. Toplady; “Il-ktieb jiddeskrivi kull stadju tal-esperjenza Kristjana mill-konverżjoni sal-glorifikazzjoni.” F’dan il-ktieb niltaqgħu ma’ ħafna tipi ta’ karattri varji li jkollhom l-aktar avventuri straordinarji. Dawn il-karattri u l-avventuri huma importanti, għaliex mingħajrhom il-ktieb mhu xejn. Pero, l-aktar importanti mhumiex id-dettalji tal-istorja iżda dak li Bunyan irid wassal permezz tar-rakkont. Hemm veritajiet importanti li jixtieq jgħaddielna, u dawn huma dak li jgħodd, u mhux il-karattri u l-avventuri li huma wżati biss biex jitwasslu dawn il-veritajiet.

Additional information

Weight690 g
Dimensions24.9 × 17.7 cm
Author,
Cover
LanguageMaltese
Publisher
Year of publication
Pages311
ISBN9789993209447

Product categories and tags

SKU: 9789993209447 Categories:

You may also like…