L-Avukat Herbert Ganado

Bejn Storja u Miti - Ġabra ta' kitbiet

978-99957-63-05-3
Hardback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

L-artiklu Dħalna Madrid, ippubblikat f’Leħen is-Sewwa, fl-eqqel tal-Gwerra Ċivili Spanjola, li bla tlaqliq kien forċina għall-Generalissimo Franco, jista’ sa ċertu punt jitqies il-magħmudija tan-nar ta’ Herbert Ganado fuq il-pjattaforma Maltija; pjattaforma li kienet iddominata mill-kolonjaliżmu mġewwaħ li wara t-Tieni Gwerra induna li l-istruttura li ħoloq bdiet tixxaqqaq minn diversi bnadi u diversi membri tal-‘familja’ bdew imorru għall-Indipendenza. Kien artiklu li l-avversarji tiegħu baqgħu jużaw kontrih matul ħajtu u jsemmuh anki llum wara mewtu.
Dan il-volum fost l-oħrajn jirxoxta mistoqsijiet kruċjali li bosta drabi tħallew taħt it-tapit. Kif seta’ Herbert Ganado, vittma tal-kolonjaliżmu Ingliż li internah lejn l-Uganda u firdu minn martu u l-għeżież uliedu, ma jisseħibx ma’ Mintoff u Borg Olivier fil-ġlieda għall-Indipendenza? Eżattament x’kienet il-firda fil-Partit Nazzjonalista u kif twieled il-Partit Demokratiku Nazzjonalista tal-Avukat Ganado?
It-tielet volum Bejn Storja u Miti jkompli jaqta’ l-għatx lil min irid jaf ġrajjet pajjiżu.

Additional information

Weight 0.0000 g
Dimensions 24.5 × 17.5 cm
Publisher
Pages 280
ISBN 978-99957-63-05-3
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995763053 Categories: Tags: