L-Aqwa Żmien Għalihom

Erba' Snin ta' Skandli

Paperback

In stock

Description

It-tieni ktieb ta’ Mark A. Sammut, li ġa għamel isem bħala l-awtur ta’ L-Aqwa fl-Ewropa. Il-Panama Papers u l-Poter. 

F’dan it-tieni ktieb, l-awtur jagħti titwila lejn uħud mill-iskandli li ħammru wiċċ il-Gvern ta’ Joseph Muscat u ħammġu isem Malta. U jipprova jagħti xi tweġibiet għall-mistoqsijiet li qed jagħmel il-poplu:
– Għaliex il-Gvern ta’ Muscat ħallas €4,200,000 biex ħa lura l-Cafe Premier minflok ma ħadu lura bil-Qorti, kif tagħtih il-liġi u ma kien jiswieh kważi xejn?
– Għaliex il-Gvern ta’ Muscat ta trattament speċjali lil każ partikolari ta’ esportazzjoni?
– Għaliex mart il-ministru Konrad Mizzi tħallset €13,000 fix-xahar għal ħatra mal-Gvern, meta lanqas nafu x’kisbet u minn fejn ħadmet?
– X’inhi l-gażiba tal-isptarijiet: kuntratti ċċensurati, pagamenti mhux magħrufin, ħatra ta’ kumpanija mingħajr esperjenza? U fuq kollox ta’ min hi dil-kumpanija bbażata l-British Virgin Islands?
– Għaliex ma saret l-ebda investigazzjoni serja dwar l-allegazzjonijiet dwar l-indħil politiku f’każ ta’ droga f’Għawdex?
– Għaliex art verġni fil-Ponta taż-Żonqor tingħata lil barrani kiesaħ u biered biex tinbena università, meta sopra korna bastonate, dal-barrani lanqas esperjenza fil-qasam tal-edukazzjoni m’għandu?
– X’inhu r-rwol ta’ ċerti “ġurnalistiĠ f’dal-gażibiet?

Additional information

Weight 280 g
Dimensions 21 × 14.7 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
Pages 179

Product categories and tags

SKU: LZG Categories: