L-Appuntament mad-Destin

u stejjer oħra

9789918200351
Paperback

Description

M’hemm l-edba dubju li Vincent Piccinino għandu ħabta jirrakkonta storja. Bħala prova, f’dan il-ktieb tana wieħed u għoxrin waħda.

Wieħed u għoxrin storja għall-mogħdija taż-żmien. Għandek waħda kuljum għal tliet ġimgħat sħaħ. Xi trid iżjed bil-ftit ewro li jiswa dan il-ktieb?

Wieħed u għoxrin storja, il-biċċa l-kbira minnhom b’dik is-sorpriża fl-aħħar li ma tkunx qed tistennieha.

Wieħed u għoxrin storja b’suġġetti li jvarjaw minn rakkonti hekk imsejħin familjari (u kultant anki semiawtobijografiċi) sa stejjer dwar diversi karattri magħrufin, Beltin u Maltin oħrajn.

Wieħed u għoxrin storja li jimirħu miċ-ċuċesk għas-sagru; mir-redikolu għas-sublimi; mill-farsesk għall-metafiżiku; u mill-mundan għad-divin.

Wieħed u għoxrin storja li jixhdu li l-awtur jaf ikun serju daqskemm jaf jgħaddi d-dinja biż-żmien; jaf idaħħqek daqskemm jaf iqabbiżlek demgħa.

Imma fuq kollox, wieħed u għoxrin storja li fihom, ikun xi jkun is-suġġett, l-awtur dejjem jagħraf jislet dik il-laqta umoristika karatteristika tiegħu.

Additional information

Weight 200 g
Dimensions 20 × 13 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789918200351
Pages 163

Product categories and tags

SKU: 9789918200351 Categories: Tags:

You may also like…