L-Alla tal-Ħerba

Traduzzjoni ta' Toni Aquilina

9789995705060
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

VÉRONIQUE

…Ibnek sawwat lil binna!

ALAIN

Għadhom żgħar. ta’ żewġ subien imqarbin li huma, is-subien minn dejjem jilagħbu bl-idejn fil-btieħi waqt ir-rikreazzjoni.  Din liġi naturali.

VÉRONIQUE

Le, mhux veru!…

ALAIN

Mela x’inhu.  Jinħtieġ ċertu tagħlim sabiex id-dnewwa tiġi sostitwita bis-sewwa tal-ħaqq.  Ħallini nfakkrek, fil-bidu l-ħaqq kien sinonimu mal-forza.

VÉRONIQUE

Fost in-nies preistoriċi forsi.  Mhux fostna.

ALAIN

Fostna! Spjegali ‘fostna’ xi tfisser.

VÉRONIQUE

Qed tgħajjini; dad-diskors xabbagħni.

ALAIN

Véronique, jiena nemmen fl-Alla tal-ħerba.  Hu l-uniku li ilu jaħkem, waħdu, mill-ibgħad żminijiet.  Inti tinteressa ruħek fl-Afrika mhux hekk… Biex ngħidlek, għadni nasal lura mill-Kongo.  Hemm isfel, it-tfal jitħarrġu biex joqtlu fl-età ta’ tmien snin.  Fi tfulithom kapaċi jkunu qatlu mijiet ta’ nies, bil-machete, b’tat-twelve, bil-kalaxnikov, bil-grenade launcher, allura għandek tifhem li meta ibni jkisser sinna, saħansitra tnejn, ta’ wieħed minn sħabu b’zokk tal-bambù, f’Misraħ l-Aspirant-Dunant, jien ma nkunx dispost daqskom li nitwerwer u niskandalizza ruħi.

Additional information

Weight 145.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 104
ISBN 9789995705060
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995705060 Categories: