L-Aħħar Sajf ta’ Berlin

9789990918533
Paperback

Description

Berlin, is-sajf tal-1936

Waslu l-Olimpijadi, u kollox lest biex id-dinja titħalla ċċassata quddiem il-qawwa tar-Reich.

Fil-quċċata tal-organizzazzjoni kumplessa u ambizzjuża, hemm raġel, anzi suldat: Wolfgang Fürstner. Ftit ġimgħat qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ, però, gazzetta tikxef in-nisel Lhudi tiegħu u jispiċċa jitneħħa mill-kariga. Minn kap bil-poteri kollha, Fürstner isib ruħu f’rokna: għalkemm rispettat mill-veterani li kienu miegħu fit-trunċieri, għandu jħabbat wiċċu mal-umiljazzjoni miż-żgħażagħ Nażisti, u huwa biss l-intervent ta’ kollega tiegħu li jħallih il-Villaġġ Olimpiku, anki jekk bi rwol sekondarju.

Berlin timtela ġurnalisti minn madwar id-dinja, u l-kameras li riedu Hitler u Leni Riefenstahl ixandru l-Olimpijadi għall-ewwel darba. U filwaqt li Jesse Owens jidħol fl-istorja bl-erba’ medalji tad-deheb tiegħu, il-maratoneta Korean Son Kitei jiġi mġiegħel jikkompeti u jirbaħ għall-Ġappun, u Awstrija-Perù ssir l-aktar logħba futbol emozzjonanti li qatt kienet intlagħbet, Fürstner idur qisu fatat ma’ Berlin, imżejna għal din il-festa kbira. M’għadux jagħrfu l-pajjiż li tant iħobb, lanqas il-mara li żżewweġ, u forsi lanqas lilu nnifsu.

Additional information

Weight 300 g
Dimensions 19.8 × 13 cm
Author ,
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789990918533
Pages 264

Product categories and tags

SKU: 9789990918533 Categories: Tags: