Description
Adattament ta’ Arthur Sammut
Il-Kullana għat-Tfal hija ġabra ta’ tagħrif li jidħol fi programm sempliċi għat-tfal ta’ bejn id-9 u l-11-il sena. Hija ġabra ta’ suġġetti li jixirqu lil din l-età, ipprenżentati b’mod viżiv, komplut u ċar, u li jinftiehem mit-tfal.
Tfal, is-siġar jagħtuna l-arja, isebbħu l-ambjent, u jgħixu għal ħafna snin. Bħalma tafu, hemm siġar li jagħtuna l-frott u oħrajn li jagħtuna l-fjuri.