Description
Il-ktieb li jgħinek tikteb pass pass
Dan il-ktieb li għandek f’idejk huwa l-gwida definittiva għat-tħaddim tal-ħila tal-kitba fil-klassijiet tas-sekondarja. Fih issib l-għodda kollha neċessarja sabiex tikteb kitba tajba, hi ta’ liema ġeneru hi. Hawnhekk m’intix se ssib biss kampjuni ta’ kif għandha tidher jew titqassam il-kitba tiegħek, iżda serje ta’ eżerċizzji prattiċi li biċċa biċċa jiggwidawk lejn kitba sħiħa b’suċċess.
L-eżerċizzji u l-kampjuni f’kull kapitlu joffru sfida lil individwi b’ħiliet varji, bl-għan li jrawmu f’kulħadd kunfidenza fil-ħila tal-kitba. Dan il-ktieb jagħmilha faċli għall-ġenituri daqskemm għall-għalliema sabiex jiggwidaw lill-istudenti.
Dawk l-istudenti li jixtiequ jipprattikaw iżjed il-ħila tal-kitba b’mod indipendenti issa jistgħu wkoll grazzi għall-eżerċizzji gwidati.
Malti Kitba Kreattiva