Jiena xi hadd…Li nokrob mill-guf ta’ mara

9789995763558
Paperback

In stock

Description

 jien ma narax  –  u ma nħoss xejn
jien ma nismax  –  ma nifhem xejn
jiena ma nxommx  –  u ma nmeċlaqx
jien ma niktibx –  u ma nimxix
jien ma naħsibx  –  ma nitkellimx
jien ma nibkix  –  ma nitbissimx
 … u jien xi ħadd…
 jien demm imxerred  –  ġisem misluħ
jien qalja mqattgħa  –  bħal fenek moqli
qattus mat-triq  –  bi msarnu barra
jien jigsaw puzzle  –  għadam mitruħ
jien għonq miġbud  –  jien moħħ mirdugħ
jien laħam nej  –  ġo dixx ileqq
jien falda mqattgħa  –  ikkapuljat
tilqit muġugħ  –  bla ebda dmugħ
 … u jien xi ħadd…
 jiena imħabba  –  jiena mibegħda
jien kont sa nkun  –  u ma sirt qatt
kont ħsieb sa jkun  –  u ma sirt ħadd
jien merżuq mitfi  –  ġo toqba sewda
jien nar bla dawl  –  ġol-univers
jien fdal moqżież  –  ġod-dixx ileqq
jien mormi f’loki  –  qalb dlik qed jinten
jiena fflaxxjat  –  mal-ħmieġ uman
 … u jien xi ħadd…

Additional information

Weight 310.0000 g
Dimensions 20.0 × 13.0 cm
Publisher
Pages 260
ISBN 9789995763558
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995763558 Categories: Tags: