Iż-Żgħażagħ fil-Partit Laburista

978-99932-17-13-8
Paperback

In stock

Description

Iż-Żgħażagħ fil-Partit Laburista jiġbor fiħ sittin sena ta’ storja tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti fi ħdan il-Partit Laburista. Iż-żgħażagħ Laburisti ngħaqdu flimkien fil-Moveiment tal-Ħaddiema, u qalbiena ssieltu għall-Ħelsien. Imsawta mill-ħakkiema Ingliżi fl-irvellijiet tat-28 ta’ April, l-eroj iġġieldu u ntefgħu l-ħabs minħabba l-ġlieda għall-ħobż u għall-ħelsien.

L-ewwel vittmi sfaw interdettjati, imkażbrin, għax qamu għal drittijiethom. Pattew saħansitra wara mewthom, għax indifnu fil-miżbla. Iż-żgħażagħ Laburisti ssieltu kemm felħu bie jaraw lil Malta tqum fuq saqajha.

Kienu determinanti fir-rebħa elettorali tal-1971 u ħabrieka fil-gvern Laburista tas-sebgħinijiet li biddel lil artna, waqqaf il-Welfare State, u b’Malta l-ewwel u qabel kollox, kiseb il-Ħelsien.

Iż-żgħażagħ, strumentali fit-taqbida għal aktar drittijiet soċjali u għal jeddijiet indaqs, kienu dejjem fuq quddiem sabiex jixprunaw ħsibijiet progressivi. L-għaqda taż-żgħażagħ Laburisti hija r-ruħ u l-qalb tħabbat tal-Partit Laburista li ħoloq pajjiż modern.

Id-determinazzjoni, l-impenn u l-ħeġġa taż-żgħażagħ Laburisti se jissoktaw isaħħu l-moviment żgħażugħ fi ħdan il-Partit Laburista, u jwassluh bil-ħerqa u b’entużjażmu enerġetiku u dinamiku lejn ġejjieni ta’ aktar u aktar suċċessi.

Additional information

Weight 320.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 222
ISBN 978-99932-17-13-8
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789993217138 Tags: