Description
Poeziji
“Lix-xita staqsejtha:
Kif ilek taqa’ daqshekk
u tibqa’ tnibbet?
U hi għannqitni magħha,
f’weraq ta’ sħab.”
Dan ix-xogħol ġdid ta’ Grech jesplora l-vulnerabbiltà, il-fraġilità, l-imħabba u t-telfa tal-imħabba lejh innifsu, lejn l-oħrajn u kif in-natura tgħinu jerġa’ jsib l-għeruq.
Wara s-suċċess ta’ kollox jeħel magħna, xogħol ġdid li jixħet dawl fuq il-maturità artistika tal-awtur.








