Ittri mill-Mitħna Tiegħi

Lettres de mon moulin

9789995775728
Paperback

Description

Ittri mill-mitħna tiegħi (Lettres de mon moulin) hija ġabra ta’ novelli, il-parti l-kbira ambjentati fi Provenza miktubin mill-kittieb Franċiż Alphonse Daudet (1840-1897) li dehret fl-1869. Daudet, ftit wara li kiteb l-Ittri, kien dar l-aktar rumanzier popolari fi Franza.

Dawn l-istejjer, miktubin b’ċerta delikatezza, ironija ċajtiera u xewqa għall-ħajja ta’ Provenza, ivarjaw ħafna. Hemm fosthom li huma fantasiji komiċi bħal Il-Bagħla tal-Papa fejn bagħla mfissda minn sidha l-Papa żżomm f’qalbha insult għal seba’ snin. Hemm oħrajn ta’ swied il-qalb bħal IN-Nawfraġju tas-Semillante fejn jegħreq bastiment mimli suldati sejrin il-Krimea. Oħrajn huma ironiċi, bħal fejn ġurnalista li kien iżeblah ‘il kulħadd jinkixfulu s-sentimenti vera tiegħu.

Imbgaħad hemm ukoll rakkonti mingħajr trama mimlijin bl-atmosfera tal-post: Il-Mistral ivenven f’Camargue fix-xitwa, ix-xita traxxax fuq belt Alġerina, il-mewġ iħabbat mal-blat tal-gżira tas-Sangwinarji…

Additional information

Weight 370 g
Dimensions 21 x 13.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995775728
Translated by Joe Pulè
Pages 292

Product categories and tags

SKU: 9789995775728 Categories: