Ittra Ittra

978-99957-0-839-9
Paperback

In stock

Description

L-għan ewlieni ta’ dan il-ktieb hu li ngħinu lit-tfal jagħrfu l-ittri tal-alfabett Malti b’mod sempliċi, ċar u prattiku. Huwa suġġerit li l-ewwel jibdew jitgħallmu l-iżjed ittri faċli u mhux neċessarjament f’ordni alfabetiku. F’dan il-ktieb hemm attivitajiet biex it-tfal jibdew jagħrfu li kull ittra għandha ħoss u forma. Għal kull ittra ġew ippreparati attivitajiet biex ikun hemm ripetzzjoni b’mod varjat u interessanti li jgħin lit-tfal jiftakru dak li jkunu qed jitgħallmu. Biex ngħinu lit-tfal jibnu l-vokabolarju tagħhom, ġew ippreparati numru ta’ stampi  ta’ kliem li jibda b’kull ittra. Għal dawk it-tfal li juru li huma lesti biex jiktbu, il-kitba ssir b’mod kreattive u informali.

Fil-paġna li jmiss hemm l-alfabett. In-numri ma’ kull ittra għandhom jintużaw bħala gwida biex jindikaw id-direzzjoni ta’ kif għandha tinkiteb l-ittra.

Dan il-ktieb ġie ppreparat minn Catherine Vassallo, għalliema tal-Kindergarten, li għandha snin twal ta’ esperjenza f’dan il-qasam.

Additional information

Weight 770.0000 g
Dimensions 29.7 x 21 cm
Pages 184
ISBN 978-99957-0-839-9
Cover
Year of publication
Note spiral bound
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995708399 Categories: