Description
L-għan ewlieni ta’ dan il-ktieb huwa pjuttost ċar. Dawn il-paġni jipprovdu numru sostanzjali ta’ riċetti li huma faċli biex wieħed jipprepara u punti interessanti li l-qarrej jista’ jsegwi. Il-platti huma delizzjużi u differenti minn dawk li ssoltu nippreparaw. Dan il-ktieb jinkoraġixxi lill-qarrejja tiegħu biex jibdew il-vjaġġ tagħhom għal stil ta’ ħajja aħjar u titjib fil-kunfidenza tagħhom. Il-ktieb joffri linji gwidi li wieħed għandu jsegwi biex jikkontrolla d-drawwiet tal-ikel tiegħu filwaqt li jnaqqas mill-piż.
L-intenzjoni tal-ktieb hija li jiftaħ tieqa pożittiva għal dawk kollha li ppruvaw inaqqsu mill-piż u ma għamlux suċċess, u li issa għandhom il-kuraġġ isegwu pjan ta’ dieta sensibbli u ta’ suċċess. Dan il-ktieb huwa ċ-ċavetta għall-emanċipazzjoni mentali biex wieħed jibda l-vjaġġ tiegħu għal stil ta’ ħajja iktar feliċi.





