Description
Is-sequel tar-rumanz finalist għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura, Papa Aħmed
Wara s-suċċess ta’ Papa Aħmed, finalist għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura, jirritorna l-Papa Emeritus Massimo Falzon – u din id-darba jinsab f’nofs pjan djaboliku.
Maħtuf mill-eżilju tiegħu f’Kemmuna, isib ruħu f’labirint ta’ periklu li jwasslu sal-bażijiet sigrieti fid-deżerti tal-Jemen. Hemmhekk isir pupu f’idejn forza li trid taħkem id-dinja permezz ta’ intelliġenza artifiċjali li ma taħfirx.
F’dinja fejn it-tankijiet huma kkamuffati bħala blat u d-drones qattiela qegħdin kullimkien, Massimo jrid jinnaviga bejn tradimenti politiċi u vjaġġi mċajpra fiż-żmien – li jwassluh sa taħt is-salib ta’ Kristu.
Meta t-teknoloġija ssir alla u l-verità tisparixxi, min se jibqa’ wieqaf meta kulħadd qed jiżfen fuq l-irjus tas-sriep?
Thriller politiku intens, mimli azzjoni u tensjoni li jżommuk sal-aħħar paġna.






