In-Nisġa tal-Ħsieb – Storja tal-Filosofija Vol 3

Mill-Idealiżmu sal-Postmoderniżmu

978-99909-44-64-8
Paperback

Description

Dan huwa t-tielet u l-aħħar volum tal-istorja tal-filosofija miktuba minn Joe Friggieri. L-ewwel volum kien jibda mill-Presokratiċi u jispiċċa bir-Rinaxximent. It-tieni volum fetaħ b’Descartes u għalaq b’Kant. Dan il-volum ikompli l-istorja mill-Idealiżmu Ġermaniż sa żminijietna, u jippreżenta b’mod luċidu l-ħsieb ta’ figuri kbar bħal Hegel, Marx, Schopenhauer, Kierkegaard, Darwin, Nietzsche, Frege, Husserl, Freud, Russell, Wittgenstein, Heidegger, Sartre, Gadamer, Habermas u Quine. Jittratta wkoll l-ideat ta’ Foucault, Derrida, Lyotard u postmodernisti oħra bħal Deleuze, Guattari u Baudrillard, flimkien ma’ dawk tal-esponenti ewlenin tal-femminiżmu Franċiż, bħal Simone de Beauvoir, Julia Kristeva, Luce Irigaray, Michèle Le Doeuff u Hélène Cixous. Il-ktieb jagħlaq b’taqsima fuq il-filosofija Anglo-Amerikana wara Wittgenstein u b’ħarsa lejn il-kritika radikali tas-soċjetà kontemporanja minn filosfi kontinentali bħal Alain Badiou, Giorgio Agamben, Slavoj Zizek u s-soċjologu Zygmunt Bauman.

“Irid ikollok id-don li tikteb il-Malti bl-arti u s-sengħa ta’ Joe Friggieri biex tasal tispjega b’mod hekk sempliċi l-problemi u s-soluzzjonijiet li pproponew l-għorrief matul żewġ millenji.”

Peter Serracino Inglott

Additional information

Weight 400.0000 g
Dimensions 21.0 × 15.0 cm
Publisher
Pages 292
ISBN 978-99909-44-64-8
Cover
Year of publication
Author
Language Maltese

Product categories and tags

You may also like…