Description
In-Nemla u l-Ġurat ma jistgħux jiftiehmu kif se jgħaddu s-sajf. Min se jkollu raġun meta tasal ix-xitwa? Dan ir-rakkont ħelu, meħud mill-ħrejjef ta’ Esopu, huwa miktub bi kliem ħafif. Wara l-istorja, issib ukoll xi logħob ta’ taħbil il-moħħ.
In-Nemla u l-Ġurat nsibuha fis-serje L-Ewwel Qari, miktuba apposta għat-tfal li qed jitgħallmu jaqraw. Żviluppata b’konsultazzjoni ma’ Alison Kelly, Principal Lecturer fl-Edukazzjoni u Speċjalista tal-Qari fl-Università ta’ Roehampton. Bi stampi ħelwin, dawn il-kotba jgħaqqdu stejjer kbar b’kitba sempliċi biex iqajmu interess u jħajru lill-qarrejja li għadhom qed jibdew jaqraw.