Description
Storja li sseħħ fis-snin ta’ qabel it-Tieni Gwerra tal-Indipendenza tal-Italja fl-isfond tal-Lag ta’ Lugano. Din hija l-ġrajja tal-familja tan-nobbli Franco Maironi, Kattoliku u liberali, u ta’ martu Luisa Rigey, persuna mill-klassi tan-nofs tas-soċjeta. Il-Markiża Orsola, in-nanna ta’ Franco, b’simpatiji Awstrijaċi, kienet kontra ż-żwieġ tagħhom u kienet tara kif tagħmel biex tħassrilhom il-festi. Iz-ziju ta’ Luisa, l-Inġinier Piero Ribera, jgħinhom biex iwettqu l-pjanijiet tagħhom minn wara dahar il-Markiża.
Id-diffikultajiet ekonomiċi u l-mod dirett li bih kienet titkellem Luisa, kif ukoll is-sens ta’ ġustizzja tagħha, b’kuntrast mal-karattru ta’ Franco, jagħmlu r-relazzjoni ta’ bejniethom diffiċli u joħolqulhom inkwiet kbir. Imma filwaqt li Luisa tingħalaq fiha nfisha u tiddedika ruħha għall-ispiritiżmu, Franco jmur joqgħod Turin, fejn jaħdem. Madanakollu, huwa jħoss il-ħtieġa li jieħu sehem b’mod attiv fil-ħelsien ta’ pajjiżu mill-qawwiet Awstrijaċi.





