Description
31 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 1744
Dahla – F’Jannar tal-2009, l-Arċisqof Monsinjur Pawlu Cremona O.P. beda proġett ambizzjuż li se jtawwal tliet snin. Dan il-proġett jikkonsisti f’sensiela ta’ żjajjar pastorali f’kull parroċċa f’Malta li matulhom l-Arċisqof ikun jista’ jiltaqa’ b’mod personalizzat mas-saċerdoti, ir-reliġjuzi, il-lajċi impenjati u l-poplu ta’ kull komunita nisranija. F’kull żjara pastorali, l-Arċisqof qieghed iqatta’ ġimgħa ta’ sebat ijiem biex b’hekk ikollu ħin biżżejjed li jiltaqa’ ma’ kull min Ikun jixtieq ikellmu, filwaqt li jissokta jħabbar bil-ferħ l-aħbar it-tajba lin-nies kollha ta’ rieda tajba.







