Description
Il-Praspar ta’ Dun Xand Cortis (1856-1916) jibqgħu dejjem friski. Huma folkloristiċi kif kienu meta nkitbu tmenin sena ilu; iġibulna quddiem għajnejna l-ħajja ta’ missirijietna, li ladarba nidħlu fiha, qajla nkunu rridu noħorġu minnha.
F’din l-edizzjoni kritika, Ġorġ Mifsud jiġbor id-disgħin praspura li kiteb Cortis u jistħarreġ fil-fond il-ħajja u l-karattru ta’ dan il-qassis li s’issa ftit li xejn konna nafu fuqu.
Kif stqarr ‘il fuq minn sebgħin sena ilu il-Prof. Anastasju Cuschieri (1876-1962), “il-kotba…ta’ Dun Xand Cortis għad ġurnata jkunu miżmuma bħala ‘mudell’ ta’ veru qari Malti…”.
