Il-Papiet

L-Istorja tal-Papat tul is-Sekli

Anthony Spiteri
9789995704773
Paperback

In stock

Description

F’dan il-ktieb tinsab ġabra sħiħa tal-papiet kollha minn San Pietru, l-ewwel papa maħtur minn Kristu nnifsu, sa dak preżenti, il-Papa Franġisku I.  Kienet idea tajba din tas-Sur Anthony Spiteri li jiġbor f’damma waħda l-istorja tal-papat matul is-sekli.  Ma kinetx ħaġa ħafifa.  Kienet biċċa xogħol li ħadet is-snin, snin twal ta’ riċerka u ħidma metikuluża….

F’din il-ġabra ma nkitbux biss il-paġni sbieħ u glorjużi tal-Knisja ta’ Kristu imma wkoll dawk li ma jagħmlulhiex ġieħ.  B’hekk biss setgħet titwassal lill-qarrej il-verità sħiħa.  U din il-verità twassalna għal verità oħra – dik li huwa Kristu nnifsu li jmexxi l-Knisja tiegħu għax, minkejja iż-żminijiet ta’ taħwid u taqlib li għaddiet minnhom, baqgħet qawwija u sħiħa sal-lum, iktar minn elfejn sena mindu waqqafha.  U, kif kien hawn min qal, la ma qerdux il-Knisja dawk li mminawha minn ġewwa mhumiex se jeqirduha dawk li jassaltawha minn barra.

Additional information

Weight 725.0000 g
Dimensions 23.5 × 16.5 cm
Publisher
Pages 448
ISBN 9789995704773
Format Paperback
Year of publication 2013
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995704773