Description
Fit-tieni ċentinarju tal-miġja tal-Franċiżi, u tal-bidu ta’ l-irvell tal-Maltin kontra l-Franċiżi, u taż-żmien iebes ta’ l-Imblokk (1798-1800) li matulu missirijietna għamlu ħafna sagrifiċċji.
Fost in-numru kbir ta’ Maltin li taw servizz siewi lil art twelidhom f’dawk is-snin diffiċli (1798-1800) insibu l-membri tal-Kungress Malti, li għal sena u nofs (Frar 1799-Awissu 1800) ħadu fuq spallejhom kolletivament it-tmexxija tal-Gvern tal-kampanja.
Ħassejt li dawn in-nies li l-parti l-kbira minnhom baqgħu jagħtu servizz lill-ibliet u l-irħula tagħhom wara li ntemm l-Imblokk ma kellhomx jintesew u għalhekk sawwart dan ix-xogħol.
Winston L. Zammit
Edizzjoni Klabb Kotba Maltin Numru: 171