Il-Madonna tal-Mellieha

Santwarju Malti ta' Fama Internazzjonali u l-Istorja Tieghu

9789995767945
Paperback

In stock

Description

Il-Madonna tal-Mellieħa ta’ Thomas Freller jitfa’ dawl ġdid fuq l-istorja tal-perċezzjoni lokali u internazzjonali tal-kult tal-Madonna tal-Mellieħa, wieħed mis-santwarji ewlenin u parti importanti mill-identita’  Maltija. 

Fi żminijiet moderni bikrin, is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa sar l-imkien ewlieni ta’ qima li d-devoti kienu jduru lejh f’każ ta’ periklu fuq il-baħar. Is-santwarju attira wkoll numru konsiderevoli ta’ viżitaturi barranin li r-rakkonti tagħhom jikkonfermaw il-popolarita’ mifruxa tiegħu. 

Dan il-ktieb jiddiskuti wkoll l-interpretazzjoni tal-irwol tal-Verġni Mqaddsa fil-ħelsien ta’ Malta waqt l-attakki u assedji mill-Ottomani u mill-Afrika ta’ Fuq, u fil-ħelsien mill-pesta u minn epidemiji.

Aspett ieħor importanti li ġie mistħarreġ huwa ir-rabta tal-oriġini u l-istorja tas-santwarju man-nawfraġju epiku ta’ San Pawl u ta’ San Luqa l-Evanġelista li kien qed jakkumpanjah fuq Melita fis-sena 60 wara Kristu. Skont dawn it-tradizzjonijet li għeruqhom jinsabu fil-fond, kien San Luqa li kien l-awtur tal-affresk meqjum fil-grotta tal-Mellieħa.

Is-suġġett ta’ dan il-ktieb għalhekk jeħodna fil-fond f’materji ta’ identita’ Maltija, kif ukoll jippreżenta lill-qarrej kunċetti tal-Kontro-Riforma, ta’ pjetà Barokka, u l-memorja kollettiva tal-gżira.

Additional information

Weight 280.0000 g
Dimensions 21 x 14.9 cm
Publisher
Pages 184
ISBN 9789995767945
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995767945