Description
Robert, mill-familja mlaqqma ż-Żebedew, trabba fis-snin tmenin fid-dell tal-Knisja konservattiva u l-politika partiġjana.
Mill-arena tal-ibbuljar u l-vjolenza psikoloġika fl-iskola sekondarja, jirfes b’tama l-għatba tas-Sixth Form.
In-nisa fil-ħajja ta’ Robert għandhom influwenza qawwija, forsi aktar milli hu stess lest li jammetti.
Minn xiex jgħaddi Robert sakemm minn ġuvni jiskopri lilu nnifsu raġel?
F’Robert, iż-Żebedew, il-qarrejja jilmħu żgħożija li forsi b’ċerta nostalġija jixtiequ li qatt ma għaddiet.
