Il-Kuxjenza Nazzjonali Maltija

Lejn Definizzjoni Storika-Kulturali

978-99932-7-489-6
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Dan il-ktieb joffri interpretazzjoni tal-mixja storika u kulturali tal-poplu Malti lejn l-għarfien sħiħ tan-nazzjonalità individwali tiegħu. Huwa verżjoni ħafifa tal-konklużjonijiet li l-Professur Oliver Friggieri wasal għalihom f’xogħlijiet oħra, riżultat tas-snin twal li għadda jistħarreġ l-istorja tas-sens nazzjonali fil-moviment lingwistiku, letterarju u politiku ta’ Malta minn żmien Vassalli saddisgħinijiet. Il-kitbiet differenti f’dan il-ktieb isawru kwadru interessanti dwar poplu, personaġġi u ideali, ilkoll elementi li jiddifinixxu n-nazzjonalità Maltija f’dak kollu li jagħżilha minn dik ta’ artijiet oħra waqt li jdaħħalha fil-kultura tal-kontinent. Ilsien, espressjoni letterarja u ħidma politika huma t-tliet aspetti li l-awtur jgħaqqad flimkien biex isib fihom il-mezzi li bihom il-poplu Malti wasal biex jagħraf lilu nnifsu.

Additional information

Weight 180.0000 g
Dimensions 21.0 × 14.0 cm
Publisher
Pages 128
ISBN 978-99932-7-489-6
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789993274896